Dokumenti tad-Data Personali
Kull meta informazzjoni personali ta’ suġġetti tad-data differenti tiġi pproċessata bħala parti mis-servizzi jew operat offrut skont il-kuntratt maqbul, dan il-proċess irid jiġi regolat permezz ta’ arranġament separat. Definizzjoni dettaljata ta’ dawn ir-relazzjonijiet kuntrattwali jistgħu jinkisbu fid-dokument Relazzjonijiet Kuntrattwali fil-Qasam tal-Protezzjoni tad-Data Personali.
Mudell komuni għal dawn l-arranġamenti jinkludu:
- Ftehim dwar l-iskambju ta’ Data
- Ftehim dwar l-ipproċessar tad-Data
L-avviż ta’ privatezza għal entitajiet li jkunu qed jaqsmu xi forma ta’ informazzjoni ma’ Enemalta plc jipprovdi aktar informazzjoni fuq il-kategoriji ta’ data personali li se jkunu pproċessati mill-Enemalta plc fir-rigward ta’ persuni u/jew kumpaniji li jaqsmu informazzjoni ma’ Enemalta plc b’modi differenti, fosthom abbażi ta’ arranġamenti kuntrattwali bejn iż-żewġ partijiet.
Fi ħdan ta’ dan l-avviż wieħed jista’ jsib x’inhuma d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, il-fini tal-ipproċessar tad-data personali, il-legalità tal-ipproċessar tal-imsemmija data, ir-riċevituri u t-trasferiment ta’ data personali, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri li permezz tagħhom din l-istess data personali se tinżamm b’mod kunfidenzjali u sigur.