Monitoraġġ tal-emissjonijiet

Aħna nirreġistraw il-valuri tal-emissjonijiet miċ-ċmieni kollha tal-infrastruttura tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħna fuq bażi ta’ kuljum. Is-sistema ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet online tagħna turi l-informazzjoni grafikament jew f’intervall medju ta’ kull siegħa, sal-ġurnata ta’ qabel.

Monitoraġġ  kontinwu
Is-Sistemi Awtomatizzati tal-Kejl (AMS – Automated Measuring Systems), magħrufin ukoll bħala Sistemi ta’ Monitoraġġ Kontinwu tal-Emissjonijiet (CEMS – Continuous Emissions Monitoring Systems), u s-sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-akkwiżizzjoni tad-data jintużaw sabiex jiġu mmonitorjati u lloggjati l-emissjonijiet miċ-ċmieni mill-impjanti ta’ kombustjoni fil-Power Station ta’ Delimara ta’ Enemalta plc. Kull ċumnija hija mgħammra bi strumenti ta’ AMS.

L-informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fuq dan is-sit elettroniku tiġi aġġornata darba kuljum bejn wieħed u ieħor fis-2.00 ta’ filgħodu.

 

Monitoraġġ mhux kontinwu tal-emissjonijiet miċ-ċmieni

Filwaqt li l-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet miċ-ċmieni jiċċekkja l-livelli tal-Materja Partikolata (Trab), tad-Diossidu tal-Kubrit (SO2) u tal-Ossidi tan-Nitroġenu (NOx), il-monitoraġġ mhux kontinwu tal-emissjonijiet miċ-ċmieni jiċċekkja l-livelli tad-Dijossini u l-Furani (PCDDs u PCDFs), l-Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi (PAHs), u għadd ta’ metalli tqal. Il-monitoraġġ mhux kontinwu tal-emissjonijiet miċ-ċmieni jitwettaq b’mod perjodiku f’intervalli speċifiċi, f’konformità mal-permessi IPPC tagħna. L-analiżi tal-kampjuni meħuda waqt il-monitoraġġ titwettaq minn laboratorji akkreditati.

Rapport DPS Mar 2017
Rapport DPS Dec 2016
Rapport DPS Sept 2016
Rapport DPS June 2016
Rapport DPS Mar 2016
Rapport DPS Dec 2015
Rapport DPS Sep 2015
Rapport DPS June 2015
Rapport DPS Mar 2015
Rapport MPS Dec 2014
Rapport DPS Dec 2014 
Report DPS Sept 2014
Report MPS June 2014 
Report DPS June 2014
Report MPS Mar 2014
Report DPS Mar 2014 
Report MPS Dec 2013
Report DPS Dec 2013 
Report MPS & DPS July & Aug 2013
Report DPS Oct & Dec 2012
Report MPS Sept 2012
Report DPS Diesel Engines May-June 2012
Report MPS & DPS May 2012
Report MPS & DPS January 2012
Report MPS & DPS July 2011
Report MPS & DPS September 2010

Image – viewingmalta.com