Eżerċizzju ta’ taħriġ għall-emerġenzi fil-power station ta’ Delimara.
17.04.2024
Il-ġimgħa li għaddiet sar eżerċizzju ta’ taħriġ għall-emerġenzi fil-power station ta’ Delimara.
Fis-simulazzjoni, waqt xogħol ta’ manutenzjoni f’tank, kien hemm ta’ ħruġ ta’ fuel u qabad in-nar. Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, flimkien mat-tim tal-emerġenza tal-Enemalta ġew imsejjħa fuq il-post sabiex jassistu fl-inċident u jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Sabiex it-taħriġ ikun kemm jista’ jkun realistiku, la l-ħaddiema tal-Enemalta u lanqas dawk tal-emerġenzi ma kienu jafu b’dan l-eżerċizzju minn qabel.
L-Enemalta tixtieq turi l-apprezzament tagħha għax-xogħol impekkabbli tat-tim tal-emerġenzi u l-impjegati tagħha, tas-CPD, IESC, D3PG, Electrogas, il-Korp tal-Pulizija u l-uffiċċjali mediċi.