Servizzi Oħra
Taf tiġi bżonn servizzi oħra tal-elettriku mill-Kumpanija tagħna. Aħna impenjati li noffru dawn is-servizzi bi prezz ġust u fi żmien raġonevoli. Biex titlob wieħed minn dawn is-servizzi, jekk jogħġbok imla l-formola tal-applikazzjoni xierqa u ssottomettiha lill-ARMS. Kull formola tal-applikazzjoni tinkludi dettalji dwar ir-regolamenti u t-termini u l-kundizzjonijiet relevanti kif ukoll lista ta’ dokumenti li huma neċessarji għas-servizz li tkun interessat fih.
Dawn huma xi wħud mis-servizzi li tista’ tiġi bżonn:
Tibdil fis-Servizz tal-Elettriku
Dan is-servizz jintalab meta jkollok bżonn iżżid jew tnaqqas il-load tal-provvista tal-elettriku tiegħek, jew meta jkollok bżonn iċċaqlaq il-meter tal-elettriku tiegħek għal post ieħor fil-qrib, fl-istess proprjetà.
Tneħħija tas-servizz
Dan is-servizz huwa meħtieġ meta ma jkollokx aktar bżonn il-provvista tal-elettriku li nipprovdulek u tkun tixtieq tneħħi l-meter u t-tagħmir relatat kollu. Din il-formola trid tiġi sottomessa dejjem meta bini pprovdut b’servizz tal-elettriku mill-Enemalta jkun se jitwaqqa’.
Devjazzjoni/Gaiters/Tifi ta’ Feeder ta’ Vutaġġ Baxx
Permezz ta’ dawn is-servizzi, aħna nistgħu ngħinuk billi niddevjaw jew ngħattu linji tal-elettriku li jkunu qrib siti jew bini, biex inti tkun tista’ twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni, twaqqigħ jew kostruzzjoni b’mod sigur. F’ċerti każijiet, inti tista’ titlob ukoll l-iskonnettjar b’mod temporanju ta’ kejbils ta’ vultaġġ baxx li jgħaddu minn jew qrib sit jew bini, biex twettaq xogħlijiet simili b’mod sigur.
Formoli tal-applikazzjoni għal servizzi oħra