X’għandek bżonn biex tapplika għall-meter tal-EV

30.08.2021

Sidien ta’ vetturi elettriċi, VE, jistgħu japplikaw għal miter tal VE u jgawdu minn tariffi preferenzjali. Kontijiet Domestici u Residenzjali igawdu minn rata fissa ta’ €0.1298 għal kull unit meta jiċċarġjaw l-vettura tagħhom fil-ħinijiet off-peak (00.00 am – 05.59 am; 12.00 pm – 15.59 pm kuljum u Ħdud il-ġurnata kollha), kif stipulat fir-Regolamenti fuq tal-Provvista tal-Elettriku, L.S.545.01 (ESR). Il-konsum fil-ħinijiet on-peak jiżdied mal-konsum totali kurrenti fid-dar tas-sid, u jitħallas skond il-faxxa tal-konsum tar-residenza.,

Kontijiet mhux Residenzjali jistgħu japplikaw għal miter tal VE u igawdu minn tariffa fissa preferenzjali ta’ €0.1298 għal kull unit f’ħinijiet off-peak, u rata fissa ta’ €0.1485 għal kull unit waqt il-bqija tal-ħinijiet on-peak.

Dawk interessati jkollhom dan is-servizz jistgħu japplikaw għalih mill-formola EV fuq is-sit tal-ARMS.

Ara il-ħtiġijiet tekniċi ta’ qabel l-installazzjoni hawnekk.