It-tim ta’ assistenza għall-klijenti ta’ Enemalta kif ukoll il-kumpanija sussidjarja tagħna Automated Revenue Management Services Ltd (ARMS), li tipprovdi assistenza għall-klijenti u hija responsabbli mill-kontijiet tad-dawl, jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek u jagħtuk l-għajnuna li teħtieġ meta tuża s-servizzi tagħna
Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nagħtuk l-assistenza jew it-tagħrif li teħtieġ mill-iktar fis possibli.
Meta tuża wieħed mill-mezzi indikati f’din is-sezzjoni sabiex tagħmel kuntatt magħna jew ma’ ARMS, int mitlub issemmi:
• In-numru tal-kont;
• In-numru tal-meter (jekk applikabli);
• L-indirizz eżatt tal-proprjetà fejn hija meħtieġa l-assistenza.
In-Numru tal-Kont tiegħek u n-Numru tal-Meter ikunu mniżżlin fil-kont tad-dawl u l-ilma. In-numru tal-meter tal-elettriku jkun ukoll imniżżel fuq il-meter innifsu.
Għal assistenza teknika urġenti dwar is-servizzi tagħna,
ikkuntattja lit-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti 24 siegħa kuljum fuq in-numru 8000 2224.