Loading...
L-impenn tagħna favur l-ambjent2023-08-28T12:42:53+02:00

Aħna impenjati lejn rieżami u ottimizzazzjoni kontinwi tal-operazzjonijiet tagħna sabiex innaqqsu l-impatti ambjentali negattivi tas-servizzi ta’ ġenerazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elettriku tagħna.

Is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħna hija eżaminata b’mod regolari minn awdituri internazzjonali sabiex inżommu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni prestiġjuża ISO14001:2015.

L-operazzjonijiet tagħna ta’ ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku huma regolati minn sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) stretta. Din is-sistema tassigura li aħna nadottaw l-aqwa prattiċi internazzjonali fil-protezzjoni tal-ambjent u l-kontroll tat-tniġġis, u li neżaminaw kontinwament l-operazzjonijiet tagħna sabiex innaqqsu aktar l-impatt tagħna fuq l-ambjent.

F’Awwissu 2011, l-EMS tagħna ngħatat iċ-ċertifikazzjoni magħrufa internazzjonalment tal-ISO 14001 minn Certiquality S.r.l. L-EMS tiġi rieżaminata b’mod annwali sabiex ikun żgurat li tkompli tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha, u kull tliet snin, l-Enemalta trid tfittex iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid wara eżami komprensiv tal-proċeduri u l-prattiċi kollha tal-EMS. Wara dan, l-Enemalta ġiet iċċertifikata mill-ġdid minn Bureau Veritas Hellas A. E. fl-2014, 2017, 2020 u  SGS Italia S.p.A. f’ 2023.

Il-Kumpanija tagħna hija konformi mar-regolamenti ambjentali applikabbli tal-Unjoni Ewropea, inkluża d-Direttiva dwar l-Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (LCP), id-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis (IPPC) kif ukoll leġislazzjoni oħra dwar l-immaniġġjar tal-iskart u l-gassijiet b’effett ta’ serra.

Go to Top