Servizzi fi proprjeta’ Residenzjali

Installation Charges Rata (€)
Servizz b’fażi waħda (Single Phase) * € 300
Servizz bi tliet fażijiet (Triple Phase) * € 900
 

* It-talbiet kollha għal servizz fejn it-tul tar-rotta, li jgħaddi minn toroq pubbliċi, ikun akbar minn 150 metru minn sors tajjeb ta’ provvista ser ikunu suġġetti għal kwota speċifika. It-talbiet kollha għal provvista bi tliet fażijiet (three-phase) akbar minn 60 Amperes (A) ser ikunu suġġetti għal kwota speċifika.

 
Ħlas għal servizz Residenzjali
(jinkludu VAT ta’ 5%))
Ħlas għal servizz  Rata (€)
b’fażi waħda (Single Phase) 65.00 
bi tliet fażijiet (Triple Phase) 195.00 
 
Ħlas għal Servizz Residenzjali
(jinkludu VAT ta’ 5%))
Livell Konsum Kumulattiv (kW fis-siegħa) Rata(€)
1 0 – 2,000 0.1047
2 2,001 – 6,000 0.1298
3 6,001 – 10,000 0.1607
4 10,001 – 20,000 0.3420
5 20,001 u iktar 0.6076
 

Konsumatur jista’ jitlob lit-tim ta’ ARMS li jipprovdi assistenza għall-klijenti sabiex jirreġistra individwi residenti f’Malta, fuq Servizz f’Post Domestiku. Jekk din it-talba tkun iġġustifikata u aċċettata, is-Servizz jiġi kkunsidrat, sakemm tal-inqas individwu wieħed jiġi rreġistrat fuq is-Servizz, bħala Servizz f’Post Residenzjali, sakemm l-ebda individwu ma jkun irreġistrat f’aktar minn Servizz wieħed fl-istess waqt u li l-ebda individwu ma jkun irreġistrat fuq garaxx jew fuq il-partijiet komuni ta’ kondominju.

Eko-Riduzzjoni
Servizz f’Post Residenzjali, li jiġi pprovdut fir-residenza primarja ta’ individwu, ikun eliġibbli għal Eko-Riduzzjoni tal-ammont dovut għall-konsum tal-elettriku f’dak il-perjodu partikulari tal-kont, li għandu jiġi kkalkulat skont ir-rati u l-limiti li ġejjin fuq bażi pro rata tal-konsum kumulattiv annwali relattiv. It-tnaqqis ma jkunx applikabbli jekk jinqabżu l-limiti indikati: 

Djar b’persuna waħda
 25% skont fuq il-konsum kollu, kemm-il darba jiġu kkunsmati inqas minn 2,000 unità fis-sena.
 
Djar b’żewġ persuni jew iktar
Sakemm il-konsum ma jaqbiżx 1,750 unità għal kull persuna fis-sena, l-iskontijiet li ġejjin japplikaw: 
(1) 25% fuq l-ewwel 1,000 unità
(2) 15% fuq is-750 unità li jibqa’ jew parti minnhom

Il-Maximum Demand Tariff għal Servizz f’Post Residenzjali
 
Servizz bi tliet fażijiet (three phase) f’Postijiet Residenzjali li jaqbeż is-60 Amperes (A) għal kull fażi għandu wkoll ikun suġġett għal Maximum Demand Tariff bir-rata ta’ €21.05 fis-sena għal kull kW tad-Maximum Demand fi kwalunkwe perjodu matul is-sena.

L-informazzjoni u ċ-ċifri mniżżilin f’din il-paġna huma għal skopijiet ta’ tagħrif biss. Filwaqt li jsir dak kollu possibli sabiex tiġi żgurata l-eżattezza ta’ din l-informazzjoni, f’każ ta’ diskrepanzi bejn l-informazzjoni f’dan is-sit elettroniku u r-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku jew liġijiet oħra applikabbli, id-dettalji fil-leġislazzjoni jipprevalu.