Fil-preżent Enemalta plc qed tikkunsidra s-sejħiet għat-tenders li ġejjin:

Tenders elettroniċi

Id-dokumenti tat-tender għal dawn is-sejħiet jistgħu jinkisbu mis-sistema elettronika dwar l-akkwist pubbliku.600 Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa sabiex tagħmel użu minn dan is-sit elettroniku. L-operaturi ekonomiċi Maltin jeħtieġ li jkollhom fil-pussess tagħhom l-identifikazzjoni elettronika tagħhom ħalli jkollhom aċċess għal dan s-sit elettroniku. Aktar tagħrif huwa disponibbli fis-Sezzjoni tal-mistoqsijiet tal-istess sit elettroniku.

L-operaturi ekonomiċi interessati fil-parteċipazzjoni f’dawn is-sejħiet għat-tenders huma mħeġġa jieħdu nota tal-workshops li qed jiġu organizzati mid-dipartiment tal-kuntratti. Aktar tagħrif huwa fid-dokument tat-tender.

Fil-preżent it-tenders ta’ hawn taħt huma disponibbli:

Numru tat-Tender Deskrizzjoni Ftuħ Għeluq Prezz għat-tender  Post fejn ġie ddepożitat
TD/T/3767/2023 (7402) Trenching and Cable Laying Works for Mgarr San Filippu SS in an Environmentally Friendly Manner 02/07/2024 01/08/2024 NIL 9:30am*
TD/T/3794/2023 (8412) Supply of Surge Generators for Locating Faults on MV Cables 22/07/2024 06/08/2024 NIL 9:30am*
TD/T/3848/2024 (11051) Trenching Works to Replace 95mm HT Cable at Marsalforn and Gharb in an Environmentally Friendly Manner 31/07/2024 02/09/2024 NIL 9:30am*
TD/T/3849/2024 (11049) Trenching Works to Replace 95mm HT Cable at San Lawrenz and Kercem in an Environmentally Friendly Manner 31/07/2024 02/09/2024 NIL 9:30am*

* It-tenders elettroniċi ta’ hawn fuq għandhom jaslu fil-ġurnata u l-ħin indikati. It-tenders għandhom jiġu sottomessi biss fuq is-sit elettroniku www.etenders.gov.mt

Tenders oħrajn ta’ Enemalta

Numru tat-Tender Deskrizzjoni Ftuħ Għeluq Prezz għat-tender Post fejn ġie ddepożitat
*

L-operaturi ekonomiċi interessati li jirċievu noti ta’ kjarifika għat-tenders li m’humiex tenderers elettroniċi, għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom billi jibagħtu e-mail lil [email protected]. Noti ta’ kjarifika jintbagħtu bil-posta elettronika (e-mail) lil dawk kollha li rreġistraw l-interess tagħhom fit-tender. Noti ta’ kjarifika jikkostitwixxu parti integrali tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għat-tender.

It-tenders li marbutin magħhom hemm miżata ta’ parteċipazzjoni jistgħu jinxtraw billi ċċempel fis-sezzjoni tal-akkwisti tagħna (Procurement Section), fit-tielet sular tal-Bini Amministrattiv, il-Moll tal-Knisja, il-Marsa.

Mistoqsijiet dwar it-tenders ippubblikati minn Enemalta plc jistgħu jsiru billi ċċempel fuq 22980736 (Is-Sna Jennifer Aquilina) jew billi tibgħat email fuq [email protected].It-tenders ta’ Enemalta ppubblikati mid-dipartiment tal-kuntratti ma jidhrux fuq dan is-sit elettroniku. Dawn jiġu ppubblikati fil-gazzetta tal-gvern.