Il-Prim Ministru Robert Abela jżur lill-ħaddiema fl-impjant ta’ Delimara
24.04.2020
Aktar kmieni matul il-jum, il-Prim Ministru, Robert Abela, flimkien mal-Ministru tal-Enerġija, Michael Farrugia, akkumpanjati minn uffiċjali tal-Kumpanija, immexxija miċ-Ċermen, is-Sur Kevin Chircop, u l-Kap Eżekuttiv, l-Inġ. Jason Vella, wettqu żjara lill-ħaddiema ta’ Enemalta plc fil-Power Station ta’ Delimara.
Waqt din iż-żjara huma setgħu jsegwu mill-viċin lill-ħaddiema waqt l-operat tagħhom fil-ġenerazzjoni/distribuzzjoni tal-elettriku fl-istess waqt li rringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom biex pajjiżna jkollu provvista tal-elettriku sostenibbli u effiċjenti.
L-Onor. Abela u Farrugia rringrazzjaw ukoll lil dawk il-ħaddiema li fil-preżent, minħabba ċ-ċirkustanzi li jinsab għaddej minnhom pajjiżna, qed iwettqu l-ħidma tagħhom mir-residenza privata tagħhom bħala mezz ta’ prekawzjoni b’rabta mal-Covid-19.