Ikompli t-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
04.04.2025
Ix-xogħol għaddej biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni madwar Malta u Għawdex.
Għaddej ix-xogħol biex f’Tas-Sliema, Gzira u San Giljan jitpoġġew madwar 13-il kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art.
Il-Ġimgħa, 4 ta’ April 2025 ser ikun qiegħed jibda x-xogħol fi Triq Rudolph, Tas-Sliema. Għaldaqstant, T-traffiku ser ikun qiegħed jgħaddi minn Triq Manuel Dimech.
Filwaqt li nirringrazzjaw il-pubbliku tal-koperazzjoni nitolbu lis-sewwieqa isegwu d-direzzjonijiet mill-uffiċjali ta’ Transport Malta.