Enemalta tindirizza l-maġġoranza tal-ħsarat f’High Tension Cables f’inqas minn siegħa
04.08.2020
Enemalta plc topera sistema ta’ distribuzzjoni estensiva b’5,000Km ta’ cables li jwasslu s-servizz tal-elettriku miċ-ċentri tad-distribuzzjoni u minn 1,600 substation s’għand il-klijenti. Fil-perjodu tas-sajf huwa normali li kif titla’ it-temperatura jibdew ifeġġu ħsarat u din is-sena ma kinitx eċċezzjoni. Li kien abnormali huwa l-konċentrazzjoni ta’ ħsarat speċjalment f’żoni residenzjali fi żmien relattivament qasir. Il-ħsarat kienu mifruxa ma’ Malta kollha u kif ukoll f’xi lokalitajiet f’Għawdex.
Ġiet reġistrata żieda fil-ħsarat fit-30 ta’ Lulju u mmedjatament, ħames timijiet immexxija minn inġiniera bdew jaħdmu u għadhom qegħdin jaħdmu 24×7. Tajjeb wieħed jirrimarka li madwar 37% tal-qtugħ kien relatat mat-tiswijiet filwaqt li fi 32% tal-każi il-qtugħ ma qabiżx l-10 minuti u fi 80% tal-każi l-qtugħ dam inqas minn siegħa. Kienu biss 3% tal-każi li sostnew qtugħ ta’ aktar minn sagħtejn.
Ir-risoluzzjoni f’ħin qasir hija grazzi għall-investiment ta’ madwar 1M EUR fis sena fl-awtomizazzjoni tas-substations taghħa li ilha tagħmel Enemalta plc għal dawn l-aħħar snin. Fejn kien stabbilit li l-ħsara kienet se ddum, biex jiġi limitat l-inkonvenjent, ġew installati generators
Enemalta plc turi l-apprezzament tagħha lill-ħaddiema kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom biex jindirizzaw il-ħsarat kollha li feġġew fl-aħħar jiem ħalli b’hekk dawk kollha milquta minn xi forma ta’ qtugħ fil-provvista tal-elettriku jingħataw lura l-istess provvista fl-iqsar ħin possibbli. Fl-istess waqt, Enemalta plc tirringrazzja wkoll lill-Korp tal-Pulizija, lil Transport Malta u lill-LESA tal-koperazzjoni tagħhom biex il-ħaddiema ta’ Enemalta plc setgħu jwettqu x-xogħlijiet meħtieġa mingħajr periklu.