Inġiniera nisa fl-Enemalta plc

10.03.2021

Il-Ministru Miriam Dalli saħqet l-importanza li t-tfajliet ifittxu karrieri bħal mhi l-inġinerija elettrika u karrieri tekniċi oħra li joffru opportunijiet eċċitanti ta’ impjiegi mhux biss mal-Enemalta iżda f’diversi oqsma tal-ekonomija.

Il-Ministru Dalli kellha kliem ta’ tifħir għall-inizjattivi tal-Enemalta li qegħda tagħmel outreach biex tħajjar aktar studenti bniet jaqbdu karrieri tekniċi inkluż fil-qasam tal-inġinerija.

Hija semmiet inizjattiva li l-Enemalta qegħda tiżviluppa id f’id mal-awtoritajiet edukattivi biex malli tgħaddi l-pandemija l-istudenti tas-sekondarja speċjalment fil-lezzjonijiet tal-fiżika, jerġgħu jibdew iżuru l-impjanti tal-ġenerazzjoni fil-Power Station ta’ Delimara u ċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’St Andrews, bl-istudenti jkunu mħeġġa wkoll iwieġbu sensiela ta’ mistoqsijiet relatati maż-żjara tagħhom fuq ktejjeb apposta li tħejjija mal-Enemalta flimkien ma uffiċjali Edukattivi.