Ara kif beda l-elettriku f’Malta

24.02.2022

140 sena ilu nxtgħel għall-ewwel darba d-dawl elettriku f’Malta.

Kien fl-1882 – 140 sena ilu li għall-ewwel darba nxtgħel id-dawl elettriku fit-Teatru Rjal waqt l-Opra “Un  Ballo in Maschera.” Iktar tard fl-istess sena nxtgħelet Pjazza San Ġorġ bid-dawl elettriku.

Possibbilment l-ewwel darba li l-elettriku intuża f’dar privata kien fir-residenza tal-Kavallier Edward Rosenbush fi 27 Triq il-Merkanti. Il-Kavallier Rosenbush kien ħareġ din l-istedina lil dinjitarji u ħbieb tiegħu biex jaraw din is-sistema tal-eletttriku.

Iżda kellhom jgħaddu ftit snin sakemm is-servizz tal-elettriku beda jinfirex aktar fl-inħawi ta’ madwar il-Port.