Tisħih tal-provvista’ tal-elettriku f’Marsaskala u l-madwar

25.02.2022

Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni għall-estenzjoni taċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni f’Marsascala li jipprovdi partijiet minn Marsaskala, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, Ħal-Għaxaq, Marsaxlokk u Delimara bil-provvista tal-elettriku miexi b’ritmu mgħaġġel.

Bħalissa qegħdin jitpoġġew ħitan pre-fabricated li se jiffurmaw kmamar li se jintużaw għat-tagħmir meħtieġ, li jinkludi: Transformer bay, 11kV Switchgear room, Control room taċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni.

Se jiġi nstallat ukoll 33kV switchgear f’kamra eżistenti.

Dan se jwassal biex il-kapaċita’ ta’ dan iċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni tissaħħaħ sabiex tlaħħaq mad-domanda tal-elettriku meħtieġa f’diversi lokalitajiet li qed tikber kontinwament.

Fix-xhur li ġejjin mistenni jiġi nstallat u ttestjat it-tagħmir għal din l-estenzjoni.