Il-manutenzjoni fl-infrastruttura tal-Enemalta ma tieqaf qatt
10.01.2023
Lestejna xogħolijiet fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mosta li kienu jinkludu t-tibdil tal-gass SF6 skont l-ogħla prattiċi tal-industrija tagħna.
Tul dan il-proċess qagħdna ferm attenti ukoll li ma jkunx hemm l-ebda leakages ta’ dan il-gass mill-apparat, għaliex dan jista’ jkun ta’ ħsara lill-ambjent.
Il-gass il-qadim sadanittant ġie miġbur u esportat biex ikun riċiklat
Dan ix-xogħol sar fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu sabiex jitlesta qabel ma’ tiżdied id-domanda tal-elettriku.
B’hekk tul il-proċess kollu ta’ din il-manutenzjoni, ġie evitat li tiġi sospiża l-provvista tal-elettriku lil mijiet ta’ klijenti f’diversi lokalitajiet milħuqa minn dan iċ-ċentru.