L-istudenti jaraw id-differenzi tekniċi bejn iż-żewġ Power Stations f’Delimara

31.01.2023

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn żewġ Power Stations li għandhom teknoloġija differenti li hemm fis-sit tal-Enemalta f’Delimara komplew qanqlu l-interess fit-teknoloġiji moderni għal grupp ta’ 12-il student li qed isegwu korsijiet relatati mas-settur tal-enerġija fl-MCAST.

L-Istudenti flimkien ma żewġ lecturers tagħhom setgħu jaraw mill-qrib u jifhmu aħjar id-differenza teknoloġika bejn iż-żewġ impjanti, id-D3 u d-D4. L-istudenti kellhom ukoll l-opporunita’ li jiskopru d-diversi karrieri li hemm fis-settur tal-enerġija għal futur tagħhom.