L-Enemalta tinvesti fit-taħriġ tat-tekniċi tagħha
07.02.2023
7 ħaddiema tekniċi tagħna din il-ġimgħa ingħataw taħriġ speċjalizzat bħala jointers fuq ġonot użati mill-Enemalta.
Din hija l-ewwel darba li t-tekniċi tagħna tħarġu mill-inġiniera u t-tekniċi tagħna stess, wara li dawn irċicew taħriġ speċjalizzat biex ikuni jistgħu jagħtu dan it-taħriġ mill-kumpanija li timmanifattura l-materjal biex isiru dawn il-ġonot.
Il-ġonot li isiru waqt it-taħrig jintbagħtu barra biex tista’ tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni li t-taħriġ laħaq il-livell mitluba mill-kumpanija.