Il-Kummissarju Ewropea għall-Energija iżżur l-istallazzjonijiet tal-Enemalta

 

18.05.2023

 

 

Waqt li l-Ministri tal-Enerġija ta’ disa’ pajjizi tal-Mediterran iddiskutew f’Malta t-transizzjoni għal sorsi ta’ enerġija aktar nodfa u l-interkonnessjonijiet f’dan il-qasam, il-Kummissarju Ewropej għall-Enerġija Kdri Simson u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli zaru whud mill-installazzjonijiet tagħna fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

It-tim tat-tmexxija tal-Enemalta spjegaw kif l-kumpanija qegħda tagħmel bosta interventi b’investiment ta’ 90 miljun ewro fuq sitt snin biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni u biex tkun lesta wkoll għat-transizzjoni tal-enerġija. Dan fost oħrajn permezz tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija u l-użu ta’ batteriji għall-ħazna tal-enerġija.

Iż-żjara inkludiet waqfiet fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni 132 kV tal-Kappara, fit-Terminal tal-Interconnector bejn Malta u l-Italja, fil-Magħtab u f’sezzjoni tal-mina ta’ 30 kilometru li fihom Enemalta għandha netwerk ta’ 110-kilometru ta’ cables ta’ vultaġġ għoli fejn fost oħrajn matul is-sena saru investimenti ta’ miljun ta’ ewro. Il-programm ta’ investiment qed jissukta bi proġetti oħra b;valur ta’ 15-il miljun ewro fis-sena.