Insaħħu s-sistema ta’ distribuzzjoni f’Ħal Qormi

02.08.2023

Permezz ta’ żieda ta’ madwar 1km cable mis-substation għal konsumaturi, mat-3️77 familja u negozi f’ĦalQormi ser ikollom provvista tal-elettriku iktar stabbli.

Wara li saru l-istudji neċessarji fiż-żona, sar skavar u tpoġġew 5️ feeders ġodda fl-art li jwasslu l-provvista tal-elettriku mis-substations għal konsumaturi .

Bħalissa għaddej il-proċess preparatorju biex dawn il-cables jiġu mqabbda mal-grid, sabiex il-konsumaturi jibdew igawdu minn servizz aħjar.

Dan il-proġett huwa biss parti minn proġett aktar hollistiku u estensiv ta’ rinfurzar tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li permezz t’investiment irduppjat, ser jiġi aċċellerat.