Is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku msaħħa

02.10.2023

Fil-Ħamrun inħareġ cable ġdid ta’ madwar 200m mis-substation viċin il-pjazza tal-istess lokalita, sabiex residenti f’din iż-żona jgawdu minn sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku msaħħa.

F’għadd ta’ lokalitajiet madwar il-pajjiż għaddejjin proġetti simili, sabiex intejjbu s-servizz tagħna lill-konsumaturi.

Dan ix-xogħol huwa biss parti żgħira mill-ħidma tagħna biex naċċelleraw l-investiment fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku.