Tlesta x-xogħol fuq cable fil-Ħamrun
24.11.2023
Fil-Ħamrun tlesta x-xogħol fuq cable ġdid li tpoġġa taħt l-art mis-substation tal-Pjazza ta' San Pawl, mgħarufa bħala ta' Fra Diego, għal għand il-konsumaturi.
Permezz ta' dan l-investiment, is-sistema ta' distribuzzjoni ta' vultaġġ baxx f'din iż-żona ġiet imsaħħa.
Riċentament tlestew proġetti simili f'Baħar iċ-Ċagħaq, Swieqi, Buġibba, Birżebbuġa u Santa Luċija.