Transformer ġdid f’Ħaż Zebbuġ
08.01.2024
Nhar is-Sibt, 06 ta’ Jannar, biddilna t-transformer tas-substation f’Ħaż Żebbuġ ma’ wieħed b’kapaċità ferm akbar, sabiex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din iż-żona.
Fl-aħħar sentejn, għamilna xogħlijiet ta’ tisħiħ f’66 substation.
Ħafna oħrajn ippjanati għas-sena l-ġdida.