Ikkuntattja lit-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti
Inħeġġuk tagħmel kuntatt mat-tim ta’ Enemalta li jipprovdi assistenza għall-klijenti sabiex:
- tirrapporta ħsarat
- tirrapporta qtugħ fil-provvista tal-elettriku jew diffikultajiet tekniċi oħra fil-provvista tal-elettriku tiegħek;
- titlob dettalji tekniċi dwar is-servizzi tal-elettriku tagħna;
- tgħarrafna dwar ħsarat fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-elettriku tagħna, fosthom il-linji ta’ barra, il-cables ta’ taħt l-art, l-arbli tad-dawl, substations u apparat ieħor relatat;
- tirrapporta irregolarità bħal serq tal-elettriku jew konnessjoni illegali mas-sistema tal-elettriku;
- tagħti suġġerimenti għal titjib u għal servizzi ġodda;
- tressaq ilment;
24/7 Helpline:
8000 2224
It-tim tagħna huwa disponibbli l-ħin kollu fil-jiem kollha tas-sena, fosthom ukoll fil-btajjel pubbliċi. Aħna dejjem lesti li nipprovduk b’assistenza għal kull tip ta’ emerġenza teknika. F’ċerti każijiet, ikun jeħtieġ li nerġgħu nikkuntattjawk lura waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju sabiex ngħaddulek iktar għajnuna jew tagħrif.
Aħna dejjem nippruvaw inwieġbuk malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, waqt diffikultajiet bħal f’interruzzjonijiet mhux mistennija fin-network jew f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, il-linji tagħna ġeneralment ikunu iktar okkupati mis-soltu. Għaldaqstant, sfortunatament jista’ jkun li ndumu daqsxejn iktar biex inwieġbu t-telefonata tiegħek.
Waqt li tkun qed tistenna fuq il-linja, nistgħu ngħaddulek messaġġi irreġistrati sabiex ngħarrfuk biż-żoni affettwati b’interruzzjonijiet fin-network, kif ukoll bil-ħin li l-provvista mistennija terga’ tiġi lura. Jekk taħseb li s-servizz huwa fiż-żoni msemmija, nitolbuk ġentilment taqta’ sabiex il-linji jinżammu liberi għal klijenti li jixtiequ jirrapportaw emerġenzi oħra li aħna ma nkunux nafu bihom.
Waqt kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, nitolbuk ġentilment tibgħatilna email bil-mistoqsijiet tiegħek jew rapport tal-ħsarat illi m’humiex jaffettwaw il-provvista jew jheddu s-sigurtà tal-pubbliku. Dan sabiex il-linji tat-telefon jinżammu liberi għal klijenti li jeħtieġu għajnuna urġenti.
Indirizz elettroniku (email)
[email protected]
Permezz ta’ email tista’ tibgħatilna kwalunkwe mistoqsija jew kull xorta ta’ talba għall-assistenza illi ma tirrikjedix attenzjoni urġenti. Nagħmlu l-almu tagħna sabiex nikkuntattjawk lura malajr kemm jista’ jkun għal kull problema fi żmien sebat ijiem. Tirċievi tweġiba proviżorja jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar żmien għall-assistenza mitluba.
Kemm-il darba jkollok talbiet urġenti għall-assistenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ interruzzjonijiet fil-provvista, kwistjonijet ta’ sigurtà jew sitwazzjonijiet oħra ta’ emerġenza, inti mitlub tikkuntattjana mhux permezz ta’ email, iżda fuq in-numru ta’ assistenza 24 siegħa kuljum.
Iktbilna fuq
Enemalta plc customer care,
Central Administration Building,
Church Wharf,
Marsa
MRS1571
Tista’ tibgħatilna l-ilmenti jew suġġerimenti bil-posta. Jekk tixtieq tibgħatilna ittra, nirrakomandaw illi tinkludi wkoll in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tiegħek sabiex inkunu nistgħu ngħinuk bi tweġiba iktar mgħaġġla. Aħna nżommu l-impenn li nweġbuk mill-iktar fis possibli, għal kull problema, fi żmien sebat ijiem. Tirċievi tweġiba proviżorja jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar żmien għall-assistenza mitluba.
L-uffiċċju tagħna
Inkella, tista’ wkoll tiltaqa’ mat-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall-klijenti billi żżurna fuq l-indirizz imsemmi hawn fuq fil-ħinijiet indikati. Inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek kif ukoll niggwidawk sabiex tikseb is-servizzi jew l-assistenza li teħtieġ.
Ħinijiet tal-uffiċċju: | Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 08:00 – 12:00 13.00-15.00 |
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 08:00 – 12:00 (fis-sajf) |
Il-midja soċjali
Agħfas hawn sabiex iżżur il-paġna tagħna ta’ Facebook, fejn tista’ wkoll tikkuntattjana permezz ta’ messaġġ privat.
Biex tirrapporta xi irregolaritajiet
<a
Tista’ tutilizza l-formula li hemm fis-sit elettroniku tagħna biex b’ mod anonimu tirrapporta irregolaritajiet bħal serq tal-elettriku.
Formula sabiex tikkuntattjana
<a
Utilizza din il-formula sabiex tibgħatilna mistoqsijiet dwar is-servizzi tagħna u kif ukoll dwar dan is-sit elettroniku.
Agħfas hawn sabiex tirrapporta qtugħ fil-provvista tal-elettriku jew hawn biex tirrapporta diffikultajiet tekniċi oħra.
Tista’ wkoll tutilizza din il-formula sabiex b’mod anonimu tirrapporta serq tal-elettriku jew kull tip ta’ irregolaritajiet oħra marbutin mas-servizzi tagħna.