Aħna l-operatur tan-network tad-distribuzzjoni u l-fornituri tas-servizzi tal-elettriku fil-Gżejjer Maltin. Il-missjoni tagħna hija li nipprovduk b’soluzzjonijiet ta’ enerġija li huma siguri, sostenibbli u vijabbli. Dan kollu filwaqt li nagħmlu l-almu tagħna sabiex nilħqu l-aspettattivi tiegħek, billi nagħtu s-setgħa lill-impjegati tagħna jwasslulek servizzi effiċjenti u affidabbli.
Il-proċessi tal-applikazzjonijiet għal ħafna mis-servizzi tagħna jiġu mmexxija mill-kumpanija sussidjarja tagħna ARMS. Żur it-tabs ta’ hawn taħt għal iktar tagħrif dwar is-servizzi tal-elettriku tagħna.
Għal iktar tagħrif, tista’ wkoll tikkuntattja lit-tim tagħna li jipprovdi assistenza għall–klijenti jew lil ARMS.
Is-servizzi tal-elettriku tagħna huma lliċenzjati, awtorizzati u rregolati mir-Regolatur għas-Servizzi tal–Enerġija u l–Ilma. Is-servizzi tagħna huma primarjament immexxija mill-Att dwar it-trasferiment tal-attiv, drittijiet, debiti u obbligi ta’ Enemalta (KAP 536), ir-Regolamenti fuq il-Provvista tal–Elettriku (L.S. 545.01), ir-Regolamenti dwar is-Suq tal-Elettriku (L.S. 545.13), il-Kodiċi tan-Network u kwalunkwe leġislazzjoni applikabbli. L-installazzjonijiet tal-Elettriku f’Malta u Għawdex huma rregolati wkoll mir-Regolamenti dwar l-Installazzjonijiet Elettriċi (L.S. 545.24).