Inġ. Daniel Farrugia – Professional Executive within the Planning and Operations Section
“Jien bdejt mal-Enemalta bħala apprentist u llum il-ġurnata inġinier ġewwa l-control room tal-Marsa. L-irwol prinċipali tiegħi hu li nikkoordina xogħolijiet ta’ manutenzjoni li jsiru fuq in-network ta’ vultaġġ għoli u medju . F’kas ta’ qtugħ t’emerġenza minħabba ħsarat, nassisti lill-inġiniera fuq barra . Fejn hu possibbli, permezz ta’ mezzi diġitali t’automation, mill-control room nistgħu nagħtu s-servizz lura lill-konsumaturi f’ħin qasir . Għalina hija sfida li nixgħelu lill-konsumaturi fl-inqas ħin possibbli . L-ikbar kisba tiegħi kienet meta assistejt biex jiġi tiġi restawrata il-provvista tal-elettriku fl-inqas ħin possibbli waqt qtugh estensiv li affettwa parti kbira mill-pajjiż.
Mill-ewwel ġurnata tiegħi fl-Enemalta sibt għajnuna kbira mill-ħaddiema kollha f’kull sezzjoni fil-kumpanija . Ix-xogħol tiegħi fil-control room għallimni l-kunċetti kumplessi tad-distribuzzjoni tal-elettriku ġewwa pajjiżna; u tgħallimt nieħu deċiżjonijiet għaqlija fl-iqsar ħin possibbli billi nikkoordina inġiniera fuq barra bl-aktar mod effiċċjenti u sigur.” – Inġ. Daniel Farrugia