Inġ Karen Vella Mulvaney, Primary Nodes and Networks
“Jien nagħmel parti mis-sezzjoni tal-proġetti, fejn nieħdu ħsieb li nimplimentaw Ċentri ta’ Distribuzzjoni ġodda u upgrades f’dawk eżistenti, skond l-eżiġenzi tan-network u l-iżvillupp fil-bini. Parti kbira minn xogħolna huwa l-ippjanar, ix-xiri, l-installazzjoni u l-ittestjar tat-tagħmir. Sabiex nagħmlu dan, naħdmu ma’ diversi kuntratturi ta’ kumpaniji kbar ibbażati barra minn Malta – li ttina opportunita’ nitgħallmu minn xulxin.
Apparti minn dan, nassisti ukoll waqt ħsarat li jinqalgħu fin-network tal-Enemalta madwar il-pajjiż sabiex nagħtu l-provvista tal-elettriku minn sors alternattiv sakemm tissewwa il-ħsara.
L-ikbar kisba tiegħi fl-Enemalta kienet meta beda jintuża l-interconnector, fejn jien kont parti mit-tim li ħa ħsieb l-implimentazzjoni tal-proġett.
Dan ix-xogħol nagħmlu flimkien ma’ tim żagħżugħ u ambizzjuz, li flimkien naħdmu biex nagħmlu xogħolna fil-ħin u bl-akbar professjonalita’.” – Inġ Karen Vella Mulvaney, Primary Nodes and Networks