Tneħħew il-cables tal-elettriku minn mal-faċċati fil-pjazza tal-Imqabba
16.05.2021
Mal-mitt resident u neġożji fil-pjazza tal-Imqabba u l-madwar ħadmu id f’id mal-Kunsill Lokali u mal-Enemalta sabiex tneħħew geġwiġija ta’ wires mill-pjazza u mill-faċċati tad-djar u każini bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-pjazza tal-lokal fi proġett li sar mill-kunsill lokali bl-għajnuna tal-Ministeru tal-Infrastruttura.
Ħaddiema tal-Enemalta neħħew mal-ħames kilometri ta’ linji tal-elettriku u diversi brackets li kienu ma diversi faċċati ta’ djar u negozji fil-Misrah tal-Parroċċa u f’diversi partijiet ta’ toroq li jagħtu għal pjazza. Dan ix-xogħol seta’ isir wara li saru diversi feeder pillars li minnhom jitwassal is-servizz tad-dawl kemm fid-djar kif ukoll fit-toroq permezz ta’ culverts apposta li saru max-xogħlijiet tal-pavimentar tal-pjazza.