Kap Eżekuttiv u Chairperson ġdid għall-Enemalta
13.10.2021
L-Enemalta ħabbret ħatriet ġodda fl-istrutturi tat-tmexxija tagħha
Is-sur Jonathan Cardona ġie maħtur Kap Eźekuttiv ta’ Enemalta plc b’effett mill-11 ta’ Ottubru. Huwa ser iservi f’din il-kariga wara l-Inġinier Jason Vella li qiegħed jassisti f’din it-transizjoni.
“Nixtieq nuri apprezzament tal-fiduċja li ingħatajt f’din il-kariga. Inħares il-quddiem biex flimkien mal-bord tal-kumpanija, management, il-ħaddiema kollha u l-azzjonisti nkomplu nibnu fuq il-ħafna xogħol siewi li sar matul is-snin, u nsaħħu din l-ażjenda tant kruċjali għall-ekonomija Maltija.” – Jonathan Cardona
L-inġinier Jonathan Scerri ġie maħtur chairperson tal-Bord tad-Diretturi.
“Ninsab onorat u fl-istess ħin ħerqan li se nkun qed immexxi l-bord tal-Enemalta. Hija kumpanija li nħossni li trabbejt fiha. Hemm ħafna xogħol xi jsir u miri x’jintlaħqu flimkien mal-ħaddiema. Ċert li magħna se jkomplu jimpenjaw ruħhom biex jaraw lil din il-kumpanija timxi ’il quddiem.” – Inġ Jonathan Scerri
Waqt li irringrazzjat lill-Inġinier Jason Vella u lis-Sur Kevin Chircop għax-xogħol li wettqu fl-aħħar snin, l-Enemalta awgurat suċċess lis-Sur Cardona u l-Inġinier Scerri fil-karigi ġodda tagħhom.