Il-Kesħa tagħmel tagħha – tiżdied id-domanda għall-elettriku
26.01.2022
Waqt li l-bard u l-kesħa qed jagħmlu tagħhom l-Enemalta kompliet isaħħan id-djar u l-postijiet tax-xogħol.
Nhar it-Tnejn u t-Tlieta inkissru r-rekords tal-konsum tal-elettriku fix-xitwa minħabba li kienu l-iktar jiem b’temperaturi baxxi.
It-Tnejn, 14 ta’ Jannar id-domanda għall-elettriku laħqet 473MW, u kompliet tiżdied għal 503MW il-bierah it-Tlieta, 25 ta’ Jannar.
Dan huwa 57MW, jew 13% aktar mir-rekord xitwi ta’ qabel, li kien 446MW reġistrat fil-11 ta’ Jannar tal-2019.