L-Enemalta tmexxi bl-eżempju – tibda tuża l-vetturi EV

31.01.2022

L-Enemalta bdiet iġġedded il-flotta tagħha b’karozzi elettriċi.

L-ewwel vetturi minnhom daħlu fis-servizz f’dawn il-ġranet.

Apparti minn dan 25% tal-karrozzi li jinkrew għax-xogħol mill-ħaddiema tal-Enemalta ser ikunu vetturi elettriċi.

Dan huwa skont il-policy tal-kumpanija li tippromwovi miżuri favur l-ambjent.

L-Enemalta anke qed toffri tariffi vantaġġużi lis-sidien ta’ vetturi elettriċi għaċ-charging tal-vetturi elettriċi f’ħinijiet off-peak.