Teknoloġija nnovattiva għall-istabbilta’ fil-provvista tal-elettriku f’Ħad-Dingli
15.02.2022
L-Enemalta qed taħdem fuq diversi proġetti biex issaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni tagħha f’lokalitajiet differenti f’Malta u Għawdex.
Fost oħrajn għadd ta’ familji f’Ħad Dingli issa għandhom stabbiltà fil-provvista tal-elettriku wara li ġie installat Low Voltage Regulator (LVR) b’investiment ta’ aktar minn 27 elf ewro.
Dan l-apparat li tpoġġa f’bokka apposta taħt l-art u jassigura li s-servizz tal-elettriku jkun stabbli u konsistenti.