90 miljun ewro għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku

22.02.2022

L-Enemalta ħabbret pjan t’investimenti mifruxa ma’ Malta u Għawdex għal titjib fl-infrastruttura tagħha.

Ix-xogħol minn dawn l-investimenti diġa nbeda f’diversi lokalitajiet u huwa mifrux fuq sitt snin biex nassiguraw ħidma kontinwa. Dan l-investiment jinkludi fost oħrajn bejn 40 u 50 substation ġdida kull sena u mmodernizzar t’oħrajn. Jinkludi ukoll tibdil tal-linji u l-installazzjoni tal-line voltage regulators u t-tkabbir taċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni ta’ Ħal Tarxien, Marsaskala u l-Imrieħel u bini ta’ Ċentru ta’ Distribuzzjoni ieħor ġdid fin-Naxxar.