Xogħol ta’ tisħiħ tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fil-Qrendi

05.03.2022

Il-ħidma ta’ tisħiħ tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku għaddejja f’diversi lokalitajiet, fosthom fil-Qrendi fejn żdied feeder cable li jieħu l-provvista’ tal-elettriku mis-substation għal għand il-konsumaturi.

B’hekk id-domanda għall-elettriku li qabel kienet fuq feeder wieħed se tinqasam bejn żewġ cables. Dan se jwassal għall-provvista tal-elettriku iktar stabbli għal għadd ta’ familji fil-Qrendi.