Enemalta Tinawgura Tliet Proġetti Maġġuri fl-Infrastruttura tal-Elettriku b’Investiment ta’ €40 Miljun
22.10.2026
Enemalta inawgurat tliet proġetti infrastrutturali ewlenin fin-Naxxar, fis-Siġġiewi u fl-Imsida, li jirrappreżentaw investiment ta’ madwar €40 miljun fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Malta.
Dawn l-iżviluppi importanti se jsaħħu l-kapaċità, il-flessibbiltà u l-affidabbiltà tan-network, filwaqt li jiżguraw provvista tal-elettriku aktar b’saħħitha u effiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-enerġija ta’ Malta, kemm dawk attwali kif ukoll dawk futuri.
Enemalta tesprimi r-ringrazzjament sinċier tagħha lill-impjegati kollha, lill-kuntratturi u lil kull min kien involut, għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom biex dawn il-proġetti importanti jitwettqu b’suċċess.

