L-Enemalta b’ħidma biex fis-snin li ġejjin it-teknoloġija ta’ remote switching tkopri l-lokalitajiet kollha
14.03.2022
Is-substations tal-Enemalta huma konnessi f’forma ta’ ċirkwit, sabiex jekk tinqala ħsara li taffettwa numru ta’ substations fl-istess ċirkwit, il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tingħata minn substations alternattivi fl-istess ċirkwit.
Normalment biex isir dan, Inġinier u tim tekniku jmorru fuq il-post biex jiżolaw il-ħsara u jaqilbu l-provvista minn substation għall-oħra.
B’investiment li qed isir, permezz tat-teknoloġija ta’ remote switching, dan il-proċess jista’ jsir mill-Control Room tal-Marsa.
Sal-lum 456 substation, madwar waħda minn kull erba’ substations, huma attrezzati b’din it-teknoloġija. Bil-pjan ta’ sitt snin, l-Enemalta qed taħdem biex b’din it-teknoloġija tkun tkopri l-lokalitajiet kollha.
B’hekk il-ħin ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku f’ħafna każi jonqos saħansitra għal ftit minuti.