Jissoktaw l-investigazzjonijiet dwar il-ħsara li ġarrab l-interconnector

22.03.2022

L-Enemalta qegħda tissokta bl-investigazzjonijiet dwar il-ħsara li ġarrab l-interconnector bl-ankra tal-vapur Chem P.

L-ewwel spezzjoni mill-għaddasa uriet li l-interconnector intlaqat mill-ankra fl-inċident li seħħ waqt il-maltempata ta’ nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu.

Minnufih l-Enemalta ħadet passi bħala prekawazzjoni u kompliet tillimita l-użu tal-interconnector.

Minkejja l-inċident fl-ebda ħin ma ġiet interrotta l-provvista tal-elettriku mal-pajjiż.

Dan seħħ anke għaliex l-Enemalta fost oħrajn ħadet il-passi immedjatati u bdiet tħaddem l-impjanti t’emerġenza li għandha f’Delimara.​​​​​​​

Sadanittant diġà ttieħdu l-passi legali u tekniċi biex eventwalment tkun tista’ ssir it-tiswija tal-ħsarat li saru fuq l-interconnector.