Provissta tal-elettriku aktar stabbli fil-qalba tas-Siġġiewi
06.04.2022
Madwar 600 familja u negozju fis-Siġġiewi se jgawdu minn provvista tal-elettriku iktar stabbli fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif qegħdin jinbidlu ħames feeders li jitimgħu il-qalba tas-Siġġiewi. Dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ proġetti ta’ rinfurzar li għaddejin f’lokalitajiet differenti, bil-għan li tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni madwar Malta u Għawdex.
X’inhu feeder?
Feeder huwa cables ta’ vultaġġ baxx (230/400V) li jgħaddu l-provvista tal-elettriku lill-linji biex jitwassal id-dawl għand il-kunsumatur.