Mill-faħam għall-enerġija aktar nadifa

14.04.2022

Bħal dax-xahar 27 sena ilu, l-Enemalta ma baqgħetx tuża l-faħam għal ġenerazzjoni tal-elettriku.

Wara proġett t’inġinerija, l-boilers li kienu jaħdmu bil-faħam ġew konvertiti biex jaħdmu biż-żejt. 

Fis-snin tmenin, fl-isfond ta’ domanda akbar għall-elettriku u żieda kontinwa fil-prezz internazzjonali taż-żejt, l-Enemalta bdiet tuża tlett boilers li jaħdmu bil-faħam. 

It-tmien tal-użu tal-faħam f’April tal-1995 ġab tnaqqis fit-tniġġiż u titjib fil-kwalità tal-arja fil-Marsa u l-madwar. 

F’ħafna pajjiżi Ewropej, l-użu tal-faħam fl-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku reġa’ qed jiżdied fi sforz biex tonqos id-dipendenza fuq il-gass tar-Russja. 

L-Enemalta m’għandha ebda ħsieb li terġa tuża l-faħam.