Investment ieħor fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
04.05.2022
Bħala parti mill-pjan għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku l-Enemalta wettqet proġett ieħor din id-darba fiż-żona ta’ Burmarrad.
B’dan il-proġett li sewa ftit anqas minn miljun ewro, tpoġġew żewġ feeders ġodda li finalment huma suplixxiti miċ-Ċentru tad-Distrubuzzjoni ta’ Buġibba.
Dawn il-feeders b’vultaġġ ta’ 11kV ingħaqdu ma’ feeder ieħor li ġej miċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mosta li jwassal il-provvista tal-elettriku liż-żona ndustrijali li hemm bejn Burmarrad u t-Telgħa t’Alla u Ommu.
Bis-saħħa ta’ dan il-proġett:
id-domanda għall-elettriku minn din iż-żona ndustrijali ser tkun qed tinqasam fuq żewġ Ċentri tad-Distribuzzjoni distinti.
f’każ li tiżviluppa problema fin-network, l-provvista tal-elettriku tkun tista’ tingħata lura fl-iqsar ħin minn sors ieħor fl-istess ċirkwit.
ser tiżdied l-istabbiltà fil-provvista fiż-żona għax jaħseb ukoll biex jilqa’ għal problemi ta’ vultaġġ għoli minnħabba l-introduzzjoni t’elettriku ġġenerat mill-pannelli fotovoltajiċi.