Miexi skont il-pjan il-proġett tad-DC ta’ Marsascala

19.05.2022

Dieħel f’fażi kruċjali l-proġett għall-estensjoni taċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni ta’ Marsascala.

Is-switchgear u l-apparat ta’ dal-proġett inġarr mill-imħażen tal-Enemalta fil-Marsa lejn il-binja l-ġdida taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni.

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-kuntrattur, bis-supervizjoni ta’ l-inġiniera u tekniċi tal-Enemalta ser ikunu qegħdin jinstallaw dan it-tagħmir biex ikun jista’ jiġi ttestjat u kummissjonat.

L-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni f’Marsascala ser jilqa’ għaż-żieda fid-domanda għall-elettriku u fl-istess waqt isaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni f’din il-lokalita’ u l-madwar.