Prekawzjoni kontra l-ħsarat

26.05.2022

Inġiniera u tekniċi tal-Enemalta flimkien m’espert tal-kumpanija nternazzjonali li tispeċjalizza fit-teknoloġija tal-automation fl-aħħar ġimgħat żarmaw is-switchgear u biddlu parti mil-mekkaniżmu fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mosta.

F’din il-manutenzjoni inbidlu molol u limit switches bil-għan li jiġi assigurat li s-circuit breakers jibqgħu jaħdmu kif suppost.

Saru wkoll it-testijiet tekniċi biex ikun assigurat li s-circuit breaker jiffunzjona f’mhux aktar minn 70 millisekonda.

Dan il-ħin massimu hu mportanti mmens biex meta tiżviluppa xi ħsara din tiġi iżolata u ma tikbirx.

B’hekk jonqsu n-numru ta’ substations u l-konsumaturi tagħhom li jiġu affettwati mill-ħsara.