Servizz ieħor għall-klijenti tal-Enemalta

01.06.2022

Tekniċi tal-Enemalta spiss jigu msejha biex iċaqalqu linji tal-elettriku  minn fuq arbli jew faċċati ta’ bini fejn ser ikun qed isir xi xogħol, wara li l-klijent ikun għamel applikazzjoni mal-ARMS (Form De). Xogħol bħal dan jeħtieġ diversi ġranet biex isir.

Ħidma minn dawn saret fi triq f’San Giljan fejn medda ta’ wires tat-three phase ġiet maqlugħa minn fuq arblu u tpoġġiet fid-ducting taħt l-art li sar mill-izviluppatur biex l-arblu jiġi eleminat.

Sakemm isir dan ix-xogħol, biex ma jkunx hemm periklu għall-ħaddiema, l-provvista tal-elettriku lill-konsumaturi fl-inhawi trid tkun interrotta.

Bir-rata qawwija ta’ żvilupp, dawn ix-xogħlijiet żdiedu sew tant li s-sena li għaddiet, il-ħaddiema tagħna ħadmu fuq kwazi 1180 biċċa xogħol minn dawn. Din is-sena ġa kien hemm il fuq min 400 mitt applikazzjoni.