Wasla tat-transformer il-ġdid fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta’ M’Scala.

22.06.2022

F’ħidma koordinata matul il-lejl inħatt it-transformer il-ġdida għall-estensjoni taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta’ Marsascala

Issa beda x-xogħol taħt is-superviżżjoni tal-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta biex it-trasformer il-ġdid ta’ 22.5 MVA  jiġi armat u ttestjat u jiġi mqabbad permezz ta’ cables. F’dan l-istadju jsir testing ieħor ma’ sistemi ta’ protezzjoni u kontroll qabel ma jinxtgħel.

Iċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni issa ser ikollu tlett transformers biex ilaħħqu mad-domanda għall-elettriku f’Marsascala u l-lokalitajiet tal-madwar.

B’dan l-investiment f’każ ta’ ħsara fuq wieħed minnhom, iż-żewġ transformers l-oħra jkunu jistgħu ilaħħqu mad-domanda u għalhekk jitnaqqas il-ħin tal-interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku.

L-operazzjoni saret bil-lejl bil-għan li jitnaqqas l-inkonvenjent għat-traffiku peress li kien hemm bżonn li tingħalaq it-triq.