Jasal it-tieni transformer għad-DC tal-Imrieħel

20.07.2022

Bħalissa għaddej il-proċess biex jiżdiedu l-faċilitajiet fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Imrieħel li huwa ħolqa mportanti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’dan il-qasam industrijali.

Bħala parti mill-pjan għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-Elettriku, għadu kif wasal f’dan iċ-ċentru trasformer ġdid b’kapaċità ta’ 15/22.5MVA li qiegħed jiġi nstallat biex wara jibda t-testing u sa Awwissu jitqabbad mal-grid tal-Enemalta.

Iż-żieda ta’ dan it-tieni transformer fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Imrieħel, kif sar fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni ta’ Ħal Tarxien u Marsascala, tagħti serħan ir-ras li ma jkunx hemm bżonn interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku meta tkun meħtieġa l-manutenzjoni fuq it-trasformers f’dan iċ-ċentru.

Il-ħtieġa għal dan l-investiment inħasset fl-isfond li fil-qasam industrijali tal-Imrieħel jew kif inhuwa magħruf ic-Central Business District qed jiżdied l-investiment li jipprovdi x-xogħol lil eluf ta’ ħaddiema.