Chairperson ġdid għall-Enemalta

31.08.2022

L-Enemalta plc tħabbar il-ħatra tal-Inġinier Ryan Fava bħala Chairperson tal-Bord tad-Diretturi.

Inġ Fava iggradwa fl-inġinerija mill-Università ta’ Malta u kompla fl-istudji tiegħu fl-Università ta’ Brunel f’Londra, qabel ma serva bħala inġinier f’diversi kumpaniji privati. Inġ Fava qed iservi għar-raba’ mandat konsekuttiv bħala President tal-Malta Dockers Union wara li ġie elett mill-ħaddiema għall-ewwel darba fl-2014.

L-Inġinier Fava stqarr li huwa konvint mil-kompetenza tal-ħaddiema u l-management li hemm fl-Enemalta. Bħala Inġinier u bħala tradeunionista jħares ‘l quddiem biex jissapportja lit-tim filwaqt jkompli jtejjeb il-kwalita’ tas-servizz lil konsumaturi Maltin u Għawdxin.

L-Enemalta waqt li tixtieq kull suċċess lis-Sur Fava f’din il-kariga, trodd ħajr lill-Inġinier Jonathan Scerri li serva ta’ chairperson qabel il-ħatra tal-Inġinier Fava.