Provvista’ tal-elettriku aħjar għal mijiet ta’ familji Mostin

06.09.2022

Tqiegħed cable taħt l-art li ser isaħħah l-provvista tal-elettriku fl-inħawi ta’ Triq Wied il-Għasel. 

B’dan l-investiment ta’ 9️5 elf ewro qed jintuża madwar 260 metru ta’ cable.

Mijiet ta’ klijenti, bejn familji u negozji li joqgħodu fi Triq Wied il-Għasel sa Triq Sir Arturo Mercieca u l-madwar ser ikollhom provvista tal-elettriku aktar stabbli mis-substation tal-pont tal-Mosta.

Dan huwa parti oħra mil-pjan ta’ tisħiħ li qed isir fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’diversi lokalitajiet.