Substation Ġdida f’Ħal Luqa
07.09.2022
Il-klijenti tagħna fil-qasam industrijali ta’ Ħal Luqa ser ikollhom provvista tal-elettriku iktar stabbli bis-saħħa ta’ substation ġdida.
Din is-substation saret fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ u ser tkun tista’ taqdi d-domanda għall-elettriku minn kumpaniji li ser joperaw minn dal-qasam industrijali.
Bis-saħħa t’hekk ma tkunx affettwata ħażina l-provvista tal-elettriku tal-klijenti eżistenti.
Din hija waħda mid-29 substation li għamilna fl-ewwel 8 xhur ta’ din is-sena.