Spezzjoni speċjalizzata fuq switchgear fid-DC tal-Kappara

29.09.2022

Fil-ħidma tagħna biex nassiguraw provvista kontinwa u stabbli tal-elettriku, x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jibqgħu għaddejjin sebat ijiem fil-ġimgħa s-sena kollha.

​​​​​​​Inġiniera tagħna flimkien ma esperti ta’ kumpanija Ungeriża fl-aħħar jiem għamlu spezzjoni dettaljat tas-switchgear tal-132kV fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Kappara.

Din it-tip ta’ spezzjoni ssir b’mod regolari kull ħames snin u tagħtina indikazzjoni ċara jekk partijiet mit-tagħmir ikollu bżonn interventi ta’ manutenzjoni.

Waqt li kien għaddej dan ix-xogħol, il-provvista elettriku għall-klijenti li jieħdu l-provvista tal-elettriku minn dan iċ-ċentru ma ġietx interrotta.