Ngħinu l-istudenti jagħmlu l-għażliet tagħhom

19.01.2023

Il-faċilitajiet tal-Enemalta u tal-IESC, ewlenin fosthom l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara huma mill-aktar imfittxija mill-istudenti li jkunu fil-proċess li jagħmlu l-għażliet tas-suġġetti għal karrieri futuri tagħhom.

Grupp ta’ studenti mill-iskola sekondarja tal-Ħandaq raw mill-qrib id-diversi sezzjonijiet u impjanti li hemm fil-Power Station ta’ Delimara.

L-inġiniera u t-tekniċi tagħna spjegawlhom ix-xogħol li isir hemmhekk u diversi karrieri fl-Enemalta u fl-IESC li jistgħu jikkunsidraw għall-futur tagħhom.

Fi tmiem iż-żjara, l-istudenti u l-għalliema tagħhom stqarrew l-apprezzament tagħhom għal din l-opportunita’.